Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta' Diċembru 2012 - Cerafogli vs BĊE
(Kawża F-43/10)
(Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Ilment dwar fastidju psikoloġiku - Inkjesta amministrattiva - Aċċess għall-fajl tal-inkjesta - Rapport dwar l-inkjesta - Żball manifest ta' evalwazzjoni)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Maria Concetta Cerafogli (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: P. Embley u F. Feyerbacher, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li tiċħad l-ilmenti tar-rikorrenti minħabba diskriminazzjoni u preġudizzju għad-dinjità tagħha minħabba l-aġir tal-amministraturi tagħha kif ukoll talba għad-danni.
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) C. Cerafogli għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż tal-Bank Ċentrali Ewropew.
____________1 - ĠU C 209, 31.07.2010, p. 56.