Language of document :

Appell ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2019 minn BTB Holding Investments SA u Duferco Participations Holding SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-11 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-100/17, BTB Holding Investments SA et Duferco Participations Holding SA vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-148/19 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: BTB Holding Investments SA, Duferco Participations Holding SA (rappreżentanti: J.-F. Bellis, R. Luff, M. Favart, Q. Declève, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Foreign Strategic Investments Holding (FSIH)

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2018, BTB Holding Investments u Duferco Participations Holding vs Il-Kummissjoni (T-100/17);

tirreferi lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura kif ukoll għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-appell tagħhom mis-sentenza T-100/17, l-appellanti jsostnu li, fis-sentenza kkontestata, il-Qorti Ġenerali ppreġudikat id-dritt għal smigħ xieraq meta ħarġet il-postulat li jgħid, “sabiex jiġi stabbilit li l-Kummissjoni wettqet żball manifest fl-evalwazzjoni [ekonomika kumplessa] tal-fatti ta’ natura li jiġġustifika l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, il-provi prodotti mill-appellant għandhom ikunu suffiċjenti biex iċaħdu mill-plawżibbiltà l-evalwazzjoni tal-fatti miżmuma fid-deċiżjoni inkwistjoni”. L-appellanti jsostnu b’mod partikolari li l-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipji dwar l-oneru tal-prova u l-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet.

____________