Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-6 ta’ Marzu 2019 – Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation vs Compagnie des pêches de Saint-Malo

(Kawża C-212/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation

Konvenuta: Compagnie des pêches de Saint-Malo

Domandi preliminari

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Lulju 2004 1 għandha tiġi interpretata fis-sens li tiddikjara inkompatibbli mas-suq intern biss it-tnaqqis ta’ kontribuzzjonijiet tal-persuna li timpjega, għar-raġuni li t-tnaqqis ta’ kontribuzzjonijiet tal-impjegati ma jgawdux minnu l-impriżi u għaldaqstant ma humiex tali li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jew fis-sens li tiddikjara inkompatibbli wkoll it-tnaqqis ta’ kontribuzzjonijiet tal-impjegati?

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja kellha tiddeċiedi li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li tiddikjara inkompatibbli wkoll it-tnaqqis ta’ kontribuzzjonijiet tal-impjegati, l-impriża għandha titqies li bbenefikat minn dan it-tnaqqis kollu jew minn parti minnu biss? F’dan il-każ tal-aħħar, kif għandha tiġi evalwata din il-parti? L-Istat Membru huwa obbligat jordna lill-impjegati kkonċernati jirrimborsaw bis-sħiħ jew parzjalment is-sehem ta’ għajnuna li minnha jkunu bbenefikaw?

____________

1     Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Lulju 2004 dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna implimentati minn Franza favur produtturi tal-akkwakultura u sajjieda (2005/239/KE) (ĠU 2005 L 74, p. 49).