Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fis-26 ta’ Ġunju 2019 – Minister for Justice and Equality vs JR

(Kawża C-488/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister for Justice and Equality

Konvenut: JR

Domandi preliminari

Id-Deċiżjoni Qafas 1 tapplika għal sitwazzjoni fejn il-persuna rikjesta tkun instabet ħatja u mogħtija sentenza fi Stat terz iżda, bis-saħħa ta’ trattat bilaterali bejn l-Istat terz u l-Istat emittenti, is-sentenza fl-Istat terz tkun ġiet irrikonoxxuta fl-Istat emittenti u tkun ġiet eżegwita skont il-liġijiet tal-Istat emittenti?

Jekk dan huwa l-każ, f’ċirkustanzi fejn l-Istat Membru li jeżegwixxi jkun applika fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu r-raġunijiet għall-għażla tan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew stabbiti fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 4(7)(b) tad-Deċiżjoni Qafas, kif tista’ l-awtorità ġudizzjarja li teżegwixxi tevalwa l-eżistenza ta’ reat allegatament imwettaq fi Stat terz, filwaqt li ċ-ċirkustanzi tal-każ ta’ dak ir-reat juru atti preparatorji li twettqu fl-Istat emittenti?

____________

1 Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’' ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45).