Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-20 ta’ Frar 2019 – Atresmedia Corporación de Medios de Comunicación S.A. vs Asociación de Gestión de Derechos Intelectuales (AGEDI) y Artistas e Intérpretes o Ejecutantes, Sociedad de Gestión de España (AIE)

(Kawża C-147/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Atresmedia Corporación de Medios de Comunicación S.A.

Konvenuti: Asociación de Gestión de Derechos Intelectuales (AGEDI) y Artistas e Intérpretes o Ejecutantes, Sociedad de Gestión de España (AIE)

Domandi preliminari

Il-kunċett ta’ “riproduzzjoni ta’ fonogramm ippubblikat għal finijiet kummerċjali” li jinsab fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/100 1 u tad-Direttiva 2006/115 2 , jinkludi r-riproduzzjoni ta’ fonogramm ippubblikat għal finijiet kummerċjali f’reġistrazzjoni awdjoviżiva li tinkludi l-iffissar ta’ xogħol awdjoviżiv?

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, entità ta’ xandir televiżiv li tuża, għal kull tip ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku, reġistrazzjoni awdjoviżiva li tinkludi l-iffissar ta’ xogħol ċinematorgrafiku jew awdjoviżiv li fiha huwa ppubblikat fonogamm għal finijiet kummerċjali, għandha l-obbligu tal-ħlas uniku u ekwu previst fl-Artikolu 8(2) ta’ dawn id-direttivi?

____________

1 Direttiva tal-Kunsill 92/100 tad-19 ta’ Novembru 1992 dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 17, Vol. 1, p. 120.

2 Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali ĠU 2006, L 376, p. 28.