Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-8 ta' Lulju 2010 - Lesniak vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-67/06)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra- Membri tal-persunal temporanju maħtura uffiċjali - Kandidati inklużi fuq lista ta' riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti l-ġodda tal-Persunal - Regoli tranżitorji ta' klassifikazzjoni fi grad meta jsir ir-reklutaġġ - Klassifikazzjoni fi grad skont ir-regoli l-ġodda inqas favorevoli - Artikolu 5(4) u Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Christophe Lesniak (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta'Awwissu 2005 li taħtar lir-rikorrent, li qabel kien membru tal-persunal temporanju kklassifikat fil-grad A*10, skala 2, u li għadda mill-kompetizzjoni esterna PE/99/A, bħala uffiċjal taħt prova kklassifikat fil-grad A*6, skala 2

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 178, 29.07.06, p. 43.