Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fit-12 ta’ Novembru 2019 – TC, UB vs Komisia za zashtita ot diskriminatsia, VA

(Kawża C-824/19)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TC, UB

Konvenuti: Komisia za zashtita ot diskriminatsia, VA

Domandi preliminari

L-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(2) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, tal-Artikolu 1(1), (2) u (3) u tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol 1 twassal għall-konklużjoni li huwa permess li individwu mingħajr il-kapaċità li jara jeżerċita attività bħala membru ta’ ġurija u jipparteċipa f’kawżi kriminali, jew:

Id-diżabbiltà partikolari ta’ individwu agħma b’mod permanenti hija karatteristika li tikkostitwixxi ħtieġa ġenwina u determinanti tal-attività ta’ membru ta’ ġurija, li l-eżistenza tagħha tiġġustifika differenza fit-trattament u ma tikkostitwixxix diskriminazzjoni bbażata fuq il-karatteristika ta’ “diżabbiltà”?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.