Language of document : ECLI:EU:F:2009:122

SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

(It-Tieni Awla)

24 ta’ Settembru 2009

Kawża F-94/07

Jean Rebizant et

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2006 – Rata ta’ moltiplikazzjoni – Artikolu 6(2) tar-Regolamenti tal-Persunal – Artikolu 9 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Limiti minimi ta’ promozzjoni”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu J. Rebizant, G. Vlandas u V. Vocino jitolbu l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tippromovihomx għall-grad AD 13 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2006.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud. Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Sommarju

Rikors għal annullament – Motivi – Motiv ineffettiv

Fil-kuntest ta’ rikors għal annullament, jekk il-motiv ma huwiex adatt, fl-ipoteżi li jkun fondat, sabiex iwassal għall-annullament li r-rikorrent jitlob, dan il-motiv għandu jitqies bħala ineffettiv. Għaldaqstant, meta uffiċjal, irremunerat mill-approprazzjonijiet ta’ waħda mill-partijiet tal-baġit ġenerali, jippreżenta rikors kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tkunx i ppromwovitu, filwaqt li ma setax jiġi promoss minħabba n-nuqqas ta’ suffiċjenza tan-numru totali ta’ punti għall-promozzjoni li huwa jkun akkumula, hemm lok li jiġi kkunsidrat li ma hemmx interess leġittimu sabiex jinkiseb l-annullament ta’ deċiżjoni li fir-rigward tagħha huwa diġà ċert li din tista’ biss tittieħed bl-istess mod f’dak li jikkonċernah.

(ara l-punti 61 u 62)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja 21 ta’ Settembru 2000, EFMA vs Il-Kunsill, C‑46/98 P, Ġabra p. I‑7079, punti 37 u 38; 30 ta’ Settembru 2003, Eurocoton et vs Il-Kunsill, C‑76/01 P, Ġabra p. I‑10091, punt 52

Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 6 ta’ Ġunju 2007, Parlante vs Il-Kummissjoni, T‑432/04, ĠabraSP p. I‑A‑2‑0000 u II‑A‑2‑0000, punt 38