Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Aachen (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Frar 2019 – Marvin M vs Kreis Heinsberg

(Kawża C-112/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Aachen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Marvin M.

Konvenut: Kreis Heinsberg

Domandi preliminari

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/126/KE 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li dokument tal-liċenzja tas-sewqan, inklużi l-awtorizzazzjonijiet ta’ sewqan stabbiliti fih, għandu jiġi strettament irrikonoxxut mill-Istati Membri anki meta l-ħruġ ta’ dan id-dokument ikun jirriżulta mill-iskambju ta’ dokument tal-liċenzja tas-sewqan skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2006/126/KE?

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv: Stat Membru jista’ jirrifjuta milli jirrikonoxxi d-dokument tal-liċenzja tas-sewqan skambjat bis-saħħa tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126/KE meta l-iskambju mill-Istat ta’ ħruġ ikun sar f’mument fejn l-Istat Membru li minnu toriġina l-awtorizzazzjoni materjali ta’ sewqan kien diġà rtira l-imsemmija awtorizzazzjoni?

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv u jekk jeżisti obbligu ta’ rikonoxximent: Stat Membru jista’ jirrifjuta fi kwalunkwe każ ir-rikonoxximent tad-dokument tal-liċenzja tas-sewqan skambjat meta l-Istat Membru, li fit-territorju tiegħu tqum il-kwistjoni tar-rikonoxximent tal-imsemmi dokument, ikun jista’ jikkonstata, abbażi ta’ “informazzjoni inkontestabbli”, li l-awtorizzazzjoni materjali ta’ sewqan ma kinitx teżisti iktar fil-mument tal-iskambju tal-liċenzja tas-sewqan?

____________

1     Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (Tfassil mill-Ġdid) (ĠU 2006, L 403, p. 18).