Language of document :

Appell ippreżentat fl-10 ta’ Dicembru 2019 minn European Food SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-10 ta’ Ottubru 2019 fil-Kawża T-536/18 – Société des produits Nestlé vs EUIPO - European Food (FITNESS)

(Kawża C-908/19 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: European Food SA (rappreżentanti: R. Dincă, I. Speciac, V. Stănese, I.-F. Cofaru, avocați)

Partijiet oħra fil-proċedura: Société des produits Nestlé, L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tat-18 ta’ Marzu 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma għandux jiġi ammess u kkundannat lill-appellanti tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________