Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-13 ta' Settembru 2011

Michail vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-100/09) 1

(Servizz pubbliku - Uffiċjal - Awtorità ta' res judicata - Dmir ta' assistenza - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Fastidju psikoloġiku)

Lingwa tal-kawża:il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Michail (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Meïdanis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti, assistiti minn E. Bourtzalas u E. Antypa, avukati)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tiċħad it-talba għal assistenza magħmula skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba l-fastidju psikoloġiku li r-rikorrent jallega li kien vittma tiegħu.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

C. Michail għandu jbati l-ispejjeż proprji tiegħu u huwa kundannat ibati l-ispejjeż tal-Kummissjoni.

____________

1 - ĠU C 63, 13.03.10, p. 52.