Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Novembru 2011 – Merhzaoui vs Il-Kunsill
(Kawża F-18/09) 1
(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Klassifikazzjoni fi grad– Membri tal-persunal lokali maħtura bħala uffiċjali – Artikolu 10 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Artikolu 3 tal-Anness tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Proċedura ta’ promozzjoni 2008 – Eżami komparattiv tal-merti bejn uffiċjali li jaqgħu taħt l-iżvilupp ta’ karriera AST – Proċedura bbażata fuq ir-rapporti ta’ evalwazzjoni 2005/2006 – Kriterju tal-livell tar-responsabbiltajiet eżerċitati)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mohamed Merhzaoui (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u G. Kimberley, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi assenjat fl-iżvilupp ta’ karriera AST 1-7. Min-naħa l-oħra, l-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AST 2 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2008, kif ukoll tad-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad uffiċjali li jistħoqqilhom inqas
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
M. Merhzaoui għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
____________1 ĠU C 113, 16.05.2009, p.46