Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-6 ta’ Mejju 2019 – Telecom Italia SpA et vs Roma Capitale et
(Kawża C-368/19)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Telecom Italia SpA, Wind Tre SpA, Vodafone Italia SpA, Lindam Srl
Konvenuti: Roma Capitale, Regione Lazio, Vodafone Italia SpA, Telecom Italia SpA, Wind Tre SpA, Wind Telecomunicazioni SpA
Domanda preliminari
Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (bħal dik fl-Artikolu 8(6) tal-Liġi Nru 36 tat-22 ta’ Frar 2001) interpretata u applikata fis-sens li tippermetti lid-diversi amministrazzjonijiet lokali li jistabbilixxu kriterji ta’ fejn jitpoġġew impjanti ta’ telefonija mobbli, anki espressi taħt forma ta’ projbizzjoni, bħall-projbizzjoni li jiġu installati antenni f’żoni partikolari jew f’distanza partikolari minn bini li jaqa’ taħt ċerta kategorija?
____________