Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Brescia (l-Italja) fil-31 ta’ Ottubru 2018 – JH vs KG

(Kawża C-681/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Brescia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: JH

Konvenut: KG

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2008/104/KE tad-19 ta’ Novembru 2008 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 276/2003, kif emendat bid-Digriet Liġi Nru 34/2014, li (a) ma jipprevedix limiti għall-assenjazzjonijiet suċċessivi tal-istess ħaddiem mal-istess impriża utenti; (b) ma jissuġġettax il-leġittimità tal-użu ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ħaddiema, minn aġenzija tax-xogħol, għal żmien determinat għall-obbligu li jiġu indikati r-raġunijiet ta’ natura teknika, ta’ produttività, ta’ organizzazzjoni jew ta’ sostituzzjoni tal-użu tat-tqegħid għad-dispożizzjoni nnifsu; (c) ma jipprevedix ir-rekwiżit li l-ħtieġa ta’ produttività rispettiva tal-impriża utenti għandha tkun temporanja bħala kundizzjoni għall-użu leġittimu ta’ tali forma ta’ kuntratt ta’ xogħol?

____________

1 Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzij (ĠU 2008, L 327, p. 9)