Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-31 ta' Marzu 2011 - Hecq vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-10/10) 

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Teħid ta' responsabbiltà ta' 100 % għal spejjeż mediċi- Deċiżjoni impliċita ta' ċaħda - Nuqqas ta' deċiżjoni ta' rikonoxximent li l-mard huwa kkaġunat mix-xogħol - Kompetenza limitata tal-amministrazzjoni - Deċiżjoni ta' ċaħda tal-ilment - Deċiżjoni mhux purament konfermattiva - Nuqqas ta' lment - Inammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: André Hecq (Chaumont-Gistous, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti, assistiti minn J.-L Fagnart, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad talba għal rimbors, ta' 100 %, ta' diversi spejjeż mediċi.

Dispożittiv tad-digriet

Ir-rikors mhuwa miċħud bħala parzjalment manifestament infondat u bħala parzjalment manifestament inammissibbli.

A. Hecq għandu jbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 100, 17.04.10, p. 70.