Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fis-17 ta’ April 2018 – Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos vs Akvilė Jarmuškienė

(Kawża C-265/18)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Konvenuta: Akvilė Jarmuškienė

Partijiet oħra fil-proċedura: Vilniaus apskrities valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Domanda preliminari

L-Artikoli 282 sa 292 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE 1 tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn jiġu ttrasferiti żewġ oġġetti permezz tal-istess tranżazzjoni iżda l-limitu annwali tad-dħul mill-bejgħ (il-volum ta’ attività) stabbilit mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE (u mid-dispożizzjoni korrispondenti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali) jinqabeż biss għat-trasferiment ta’ wieħed minn dawn l-oġġetti, il-persuna taxxabbli (iċ-ċedent) għandu, b’mod partikolari, jikkalkola u jħallas it-taxxa fuq il-valur miżjud 1) fuq il-valur sħiħ tat-tranżazzjoni (fuq il-valur tat-trasferiment taż-żewġ oġġetti) jew 2) biss fuq il-parti tat-tranżazzjoni li biha l-limitu msemmi (volum ta’ attività) inqabeż (fuq il-valur tat-trasferiment ta’ wieħed mill-oġġetti)?

____________

1 ĠU 2006, L 347, p. 1.