Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Niedersächsisches Finanzgericht (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Ġunju 2020 – I GmbH vs Finanzamt H

(Kawża C-228/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Niedersächsisches Finanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: I GmbH

Konvenut: Finanzamt H

Domandi preliminari

Il-punt 14(b) tal-Artikolu 4 tal-Umsatzsteuergesetz (il-Liġi dwar it-Taxxi fuq id-Dħul mill-Bejgħ) (UStG) huwa kompatibbli mal-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar il-VAT”) 1 , sa fejn sptarijiet li ma jkunux korpi rregolati mid-dritt pubbliku jikkwalifikaw għal eżenzjoni mit-taxxa bil-kundizzjoni li jkunu approvati fis-sens tal-Artikolu 108 tas-Sozialgesetzbuch (SGB) V (il-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali, Ktieb V)?

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv: f’liema kundizzjonijiet hija kura mill-isptar ipprovduta minn sptarijiet rregolati mid-dritt privat mogħtija f’“kondizzjonijet soċjali komparabbli”, fis-sens tal-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva dwar il-VAT, ma’ kura mill-isptar ipprovduta minn korpi rregolati mid-dritt pubbliku?

____________

1 ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335.