Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-12 ta’ Diċembru 2019 – Ministero della Giustizia, irrappreżentat mill-Ministru attwalment responsabbli vs GN

(Kawża C-914/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministero della Giustizia, irrappreżentat mill-Ministru attwalment responsabbli

Konvenut: GN

Partijiet intervenjenti: HM, JL, JJ

Domanda preliminari

L-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 10 TFEU u l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol 1 , sa fejn jipprojbixxu diskriminazzjoni bbażata fuq l-età għall-aċċess għall-impjieg, jipprekludu lil Stat Membru milli jkun jista’ jimponi limitu ta’ età għall-aċċess tal-professjoni ta’ nutar?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.