Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-9 ta’ Novembru 2018 – Ascopiave SpA et vs Ministero dello Sviluppo Economico et

(Kawża C-711/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ascopiave SpA, Bim Belluno Infrastrutture SpA, Centria Srl, Retipiù Srl, Pasubio Distribuzione Gas Srl - Unipersonale, Pasubio Group SpA, Unigas Distribuzione Srl

Konvenuti: Ministero dello Sviluppo Economico, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero per gli Affari Regionali e le Autonomie

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari r-regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku u tal-gass naturali u l-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi jippermettu applikazzjoni retroattiva tal-kriterji għad-determinazzjoni tal-ammont tar-rimborsi dovuti lill-ex konċessjonarji, b’effett fuq relazzjonijiet kuntrattwali preċedenti, jew din l-applikazzjoni hija ġġustifikata, anki fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, mill-ħtieġa li jiġu protetti interessi pubbliċi oħra, ta’ importanza Ewropea, li jirrelataw mal-ħtieġa li titjieb il-protezzjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq inkwistjoni u li tingħata protezzjoni ikbar lill-utenti tas-servizz, li jistgħu jbatu, indirettament, l-effetti ta’ żieda eventwali tas-somom dovuti lill-ex konċessjonarji?

____________