Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-21 taʼ Marzu 2013 – Dalmasso vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-112/11) 1
(Servizz pubbliku – Remunerazzjoni – Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri l-oħra tal-persunal – Artikoli 64, 65 u 65a tar-Regolamenti tal-Persunal – Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal – Regolament (UE) Nru 1239/2010 – Koeffiċjenti ta’ korrezzjoni – Uffiċjali assenjati f’Ispra)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Raffaele Dalmasso (Monvalle, l-Italja), (rappreżentant: C. Mourato, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-dikjarazzjoni taʼ remunerazzjoni tar-rikorrent taʼ Frar 2011 u tad-dikjarazzjonijiet taʼ remunerazzjoni tax-xhur ta’ wara li japplikaw il-koeffiċjent taʼ korrezzjoni ġdid għall-belt taʼ Varese skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2010, tal-20 taʼ Diċembru 2010.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.R. Dalmasso għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li intervjena fil-kawża, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.