Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale del Lazio (l-Italja) fl-10 ta’ Ġunju 2020 – Agenzia delle dogane e dei monopoli - Ufficio delle dogane di Gaeta vs Punto Nautica Srl

(Kawża C-255/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Regionale del Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agenzia delle dogane e dei monopoli - Ufficio delle dogane di Gaeta

Konvenuta: Punto Nautica Srl

Domanda preliminari

Is-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-82/12, u l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jopponu l-leġislazzjoni Taljana fis-seħħ, f’dan il-każ l-Artikoli 17 tad-decreto legislativo 21 dicembre 1990, n. 39 (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 398, tal-21 ta’ Diċembru 1990), u l-Artikolu 3(1) tal-legge Regione Lazio (…) n. 19 del 2011 (il-Liġi tar-Reġjun ta’ Lazio (...) Nru 19 tal-2011), li tidher li tintroduċi taxxa reġjonali fuq il-petrol għal vetturi bil-mutur li ma għandhomx l-“għanijiet speċifiċi” rikjesti mid-direttiva Komunitarja inkwistjoni?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179, rettifika fil-ĠU 2015, L 210, p. 39).