Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Lulju 2011 - ZZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-72/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjonijiet ta' iffissar tal-limiti ta' promozzjoni għall-proċeduri ta' promozzjoni 2010 u 2011 għall-gradi AD13 u AD14 u, min-naħa l-oħra, l-annullament tal-lista ta' uffiċjali promossi għall-gradi AD13 u AD14 għall-proċedura ta' promozzjoni 2010 u l-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta milli tippromwovi numru ikbar ta' uffiċjali oħra għall-gradi AD12 jew AD13.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjonijiet ta' iffissar tal-limiti ta' promozzjoni għall-proċeduri ta' promozzjoni 2010 u 2011 għall-gradi AD13 u AD14, deċiżjonijiet ippubblikati fl-informazzjoni amministrattiva Nru 3-2010, 65-2010 u 76-2010;

tannulla l-lista ta' uffiċjali promossi għall-gradi AD13 u AD14 għall-proċedura ta' promozzjoni 2010 ippubblikata fl-informazzjoni amministrattiva Nru 65-2010 sa fejn din il-lista ġiet stabbilita fuq il-bażi tal-limiti ta' promozzjoni illegali u tannulla d-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tippromwovi numru ikbar ta' uffiċjali oħra għall-gradi AD12 jew AD13;

jekk ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilment tar-rikorrenti;

tikkundanna lil Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________