Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Frar 2014 – Bodson et vs BEI

(Kawża F-73/12) 1

(Servizz Pubbliku – Persunal tal-BEI – Natura kuntrattwali tar-relazzjoni ta’ xogħol – Riforma tas-sistema ta’ remunerazzjoni u ta’ progressjoni salarjali tal-BEI)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Jean-Pierre Bodson et (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: C. Gómez de la Cruz, T. Gilliams u G. Nuvoli, aġenti, P. E. Partsch, avukat)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjonijiet li jinsabu fil-payslips, li tiġi applikata d-deċiżjoni ġenerali tal-Bank Ewropew tal-Investiment li tistabbilixxi progressjoni salarjali limitata għal 2.8 % għall-persunal kollu u d-deċiżjoni li tiddefinixxi skeda ta’ mertu li twassal għal telf ta’ 1 % tas-salarju u, min-naħa l-oħra, il-kundanna tal-istituzzjoni għall-ħlas tad-differenza fir-remunerazzjoni kif ukoll għall-ħlas tad-danni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.J.-P. Bodson u s-seba’ rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u huma kkundannati għall-ispejjeż sostnuti mill-Bank Ewropew tal-Investiment.