Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 – Conticchio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-22/11) 1

(Servizz Pubbliku – Uffiċjali – Pensjonijiet – Kalkolu tad-drittijiet għall-pensjoni – Klassifikazzjoni fi skala – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Ammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Rosella Conticchio (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: R. Giuffrida u A. Tortora, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti u A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba tar-rikorrenti għall-annullament tad-deċiżjoni dwar l-għoti u l-likwidazzjoni tad-drittijiet tagħha għall-pensjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors ta’ Rosella Conticchio huwa miċħud, parzjalment, bħala manifestament inammissibili u parzjalment, bħala manifestament infondat.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1  ĠU C 139, 07.05.2011, p. 31