Language of document : ECLI:EU:F:2007:82

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU (L-Ewwel Awla)

11 ta’ Mejju 2007

Kawża F-2/06

Luigi Marcuccio

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Uffiċjali – Sigurtà soċjali – Assigurazzjoni kontra inċidenti u mard ikkaġunat mix-xogħol – Inċident fuq il-post tax-xogħol – Għeluq tal-proċedura skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skond l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li bih L. Marcuccio jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħlaq il-proċedura dwar l-għoti tal-benefiċċji previsti fl-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal li huma dovuti lilu wara l-inċident ta’ l-10 ta’ Settembru 2003 li tiegħu huwa kien il-vittma.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Sommarju

Uffiċjali – Rikors – Att li jikkawża preġudizzju – Kunċett

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

L-għeluq tal-proċedura jagħti lok għal deċiżjoni li tikkawża preġudizzju biss meta tirriżulta minn ċaħda tat-talba mill-istituzzjoni u mhux mill-abbandun tal-proċedura minn min ikun beda din il-proċedura.

(ara l-punt 28)