Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fil-21 ta’ Frar 2019 – SCT, d.d., fi stralċ vs Ir-Repubblika tas-Slovenja
(Kawża C-146/19)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Qorti tar-rinviju
Vrhovno sodišče Republike Slovenije
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SCT, d.d., fi stralċ
Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Domandi preliminari
L-Artikolu 90(2) tad-Direttiva tal-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jawtorizza deroga mid-dritt ta’ tnaqqis tal-valur taxxabbli tal-VAT ukoll fil-każ fejn ikun hemm nuqqas ta’ ħlas definittiv u fejn dan in-nuqqas ta’ ħlas definittiv jirriżulta bħala konsegwenza tan-nuqqas mill-persuna taxxabbli responsabbli għall-VAT li tieħu l-passi xierqa, bħal pereżempju li tippreżenta talba fil-proċedura ta’ falliment mibdija kontra d-debitur, bħalma huwa l-każ f’din il-kawża?
F’każ li din id-deroga mid-dritt ta’ tnaqqis tal-valur taxxabbli tal-VAT hija permessa, jeżisti wkoll dritt għat-tnaqqis ta’ dan il-valur taxxabbli impost minħabba nuqqas ta’ ħlas fejn il-persuna taxxabbli turi li, anki kieku tkun ippreżentat talba fil-proċeduri ta’ falliment, din ma kinitx tkun milqugħa, jew turi li kien hemm raġunijiet plawżibbli li jiġġustifikaw in-nuqqas ta’ tressiq ta’ talba?
L-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-VAT għandu effett dirett anki fil-każ fejn il-leġiżlatur tal-Istat Membru jkun eċċeda l-portata tad-deroga stabbilita fl-Artikolu 90(2)?.
____________