Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-14 ta' Settembru 2011 - A vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-12/09) 1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Marda kkaġunata mix-xogħol - Relazzjoni bejn il-proċeduri previsti fl-Artikoli 73 u 78 tar-Regolamenti tal-Persunal - Dannu provviżorju - Rimbors ta' spejjeż mediċi - Aċċess għall-fajl individwali)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: A (P., Franza) (rappreżentanti: B. Cambier u A. Paternostre, avutati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba sabiex il-Kummissjoni tiġi ddikjarata responsabbli għal ċerti żbalji allegatament imwettqa fil-konfront tar-rikorrent fil-kuntest tal-proċedura applikata fuq il-bażi tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll l-annullament ta' diversi deċiżjonijiet li jċaħħdu lir-rikorrent mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 73(2)(b) tar-Regolamenti, milli jiġi pprovdut b'diversi dokumenti li jifformaw parti mill-fajl mediku tiegħu u milli jiġi rrimborsat għal ċerti spejjeż mediċi - Min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-danni allegatament sostnuti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 113 16.05.09, p. 45.