Language of document : ECLI:EU:C:2016:762

Kawża C‑166/15

Procéduri kriminali

vs

Aleksandrs Ranks
u

Jurijs Vasiļevičs

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mir-Rīgas apgabaltiesas Krimināllietu tiesu kolēģija)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Direttiva 91/250/KEE – Artikolu 4(a) u (ċ) – Artikolu 5(1) u (2) – Direttiva 2009/24/KE – Artikolu 4(1) u (2) – Artikolu 5(1) u (2) – Protezzjoni legali tal-programmi tal-kompjuter – Bejgħ mill-ġdid ta’ kopji ‘użati’ ta’ programmi tal-kompjuter b’liċenzja fuq mezzi fiżiċi li ma humiex oriġinali – Eżawriment tad-dritt ta’ distribuzzjoni – Dritt esklużiv ta’ riproduzzjoni”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2016

1.        Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali – Evalwazzjoni tan-neċessità u tar-rilevanza tad-domandi magħmula

(Artikolu 267 TFUE)

2.        Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Limiti – Domandi manifestament irrilevanti u domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli

(Artikolu 267 TFUE)

3.        Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Direttiva 91/250 – Protezzjoni legali tal-programmi tal-kompjuter – Atti suġġetti għal restrizzjonijiet – Dritt esklużiv ta’ distribuzzjoni – Eżawriment tad-dritt ta’ distribuzzjoni ta’ kopja ta’ programm tal-kompjuter – Kundizzjonijiet – Bejgħ tal-kopja fl-Unjoni mid-detentur tad-drittijiet – Interpretazzjoni wiesgħa – Bejgħ mill-ġdid ta’ kopja użata ta’ programm tal-kompjuter b’liċenzja – Inklużjoni

(Direttiva tal-Kunsill 91/250, Artikolu 4(a) u (ċ))

4.        Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Direttiva 91/250 – Protezzjoni legali tal-programmi tal-kompjuter – Atti suġġetti għal restrizzjonijiet – Dritt esklużiv ta’ riproduzzjoni – Eċċezzjonijiet – Twettiq ta’ kopja ta’ riżerva ta’ programm tal-kompjuter – Kundizzjonijiet – Interpretazzjoni stretta – Bejgħ mill-ġdid ta’ kopja ta’ riżerva użata ta’ programm tal-kompjuter b’liċenzja – Esklużjoni fl-assenza ta’ awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet

(Direttiva tal-Kunsill 91/250, Artikoli 4(a), 5(2) u 9(1))

5.        Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Direttiva 91/250 – Protezzjoni legali tal-programmi tal-kompjuter – Miżuri speċjali ta’ protezzjoni – Żamma għal finijiet kummerċjali u tqegħid fis-suq ta’ kopji illegali ta’ programmi tal-kompjuter

(Direttiva tal-Kunsill 91/250, Artikolu 7(1)(a) u (b))

6.        Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Direttiva 91/250 – Protezzjoni legali tal-programmi tal-kompjuter – Atti suġġetti għal restrizzjonijiet – Dritt esklużiv ta’ riproduzzjoni – Eċċezzjonijiet – Riproduzzjoni neċessarja għall-użu tal-programm tal-kompjuter skont il-fini maħsub tiegħu – Tniżżil ta’ kopja ta’ programm tal-kompjuter mis-sit tad-detentur tad-drittijiet – Inklużjoni

(Direttiva tal-Kunsill 91/250, Artikolu 5(1))

7.        Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Direttiva 91/250 – Protezzjoni legali tal-programmi tal-kompjutet – Atti suġġetti għal restrizzjonijiet – Portata – Bejgħ mill-ġdid ta’ kopja użata ta’ programm tal-kompjuter b’liċenzja – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Distruzzjoni ta’ kull kopja oħra fil-pussess tiegħu – Possibbiltà għall-akkwirent inizjali li jipprovdi l-kopja ta’ riżerva tiegħu ta’ dan il-programm lis-subakkwirent – Limiti – Neċessità ta’ awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet – Possibbiltà għas-subakkwierent li jniżżel kopja tal-programm tal-kompjuter mis-sit tad-detentur tad-drittijiet – Riproduzzjoni neċessarja għall-użu tal-programm tal-kompjuter skont il-fini maħsub tiegħu

(Direttiva tal-Kunsill 91/250, Artikoli 4(a) u (ċ) u 5(1) u (2))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 21)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 22)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 26‑36)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 37‑44)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 46)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 48‑50)

7.      L-Artikolu 4(a) u (ċ) u l-Artikolu 5(1) u (2) tad-Direttiva 91/250, dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, għalkemm l-akkwirent inizjali ta’ kopja ta’ programm tal-kompjuter li jkollha magħha liċenzja illimitata għall-użu għandu dritt ibigħ mill-ġdid din il-kopja użata u l-liċenzja tagħha lil subakkwirent, huwa min-naħa l-oħra ma jistax, meta l-mezz fiżiku oriġinali tal-kopja li tkun ġiet inizjalment ikkunsinnata lilu tiġrilu ħsara, jiġi distrutt jew jintilef, jipprovdi l-kopja ta’ riżerva tiegħu ta’ dan il-programm lil dan is-subakkwirent mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet.

Fil-fatt, l-akkwirent leġittimu ta’ kopja ta’ programm tal-kompjuter, li jkollu liċenzja illimitata għall-użu ta’ dan il-programm iżda li ma jkollux iktar il-mezz fiżiku oriġinali li fuq din il-kopja kienet ġiet inizjalment ikkunsinnata għaliex ikun iddistruġġih, għamillu ħsara jew tilfu, ma jistax, għal din ir-raġuni biss, jiċċaħħad minn kull possibbiltà li jbigħ mill-ġdid l-imsemmija kopja użata lil terz, peress li dan iċaħħad mill-effett utli l-eżawriment tad-dritt ta’ distribuzzjoni previst fl-Artikolu 4(ċ) tad-Direttiva 91/250.

Għalhekk, l-akkwirent leġittimu tal-liċenzja illimitata għall-użu ta’ kopja ta’ programm tal-kompjuter użat għandu jkun jista’ jniżżel dan il-programm mis-sit internet tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur, liema tniżżil jikkostitwixxi riproduzzjoni meħtieġa ta’ programm tal-kompjuter li tippermettilu jużah skont il-fini maħsub tiegħu.

Madankollu, l-akkwirent inizjali ta’ kopja tal-programm tal-kompjuter, li fir-rigward tagħha d-dritt ta’ distribuzzjoni tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur ġie eżawrit skont l-Artikolu 4(ċ) tad-Direttiva 91/250, li jbigħ mill-ġdid din il-kopja użata, għandu, sabiex jevita li jikser id-dritt esklużiv ta’ dan id-detentur għar-riproduzzjoni tal-programm tal-kompjuter tiegħu, previst fl-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva, jirrendi inutilizzabbli kull kopja li tkun fil-pussess tiegħu fil-mument tal-bejgħ mill-ġdid tagħha.

(ara l-punti 53‑55, 57 u d-dispożittiv)