Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Ostravě (ir-Repubblika Ċeka) fid-9 ta’ Lulju 2019 – ARMOSTAV MÍSTEK s.r.o. vs Odvolací finanční ředitelství

(Kawża C-520/19)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Krajský soud v Ostravě

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ARMOSTAV MÍSTEK s.r.o.

Konvenut: Odvolací finanční ředitelství

Domandi preliminari

Leġiżlazzjoni nazzjonali espressa li tipprevedi r-responsabbiltà in solidum għall-ħlas ta’ taxxa mhux imħallsa fil-kuntest ta’ katina frawdolenti tipprekludi lill-awtoritajiet fiskali milli jirrifjutaw id-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud lid-debitur in solidum b’applikazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tal-frodi tal-VAT? F’dan il-każ, l-Artikolu 17(1), l-Artikolu 20, l-Artikolu 52(1) u (6) u l-Artikolu 54 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprekludu tali prassi?

____________