Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ Mejju 2019 – De Ruiter vof vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

(Kawża C-361/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het Bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: De Ruiter vof

Konvenut: Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

Domanda preliminari

L-Artikolu 99(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni [u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008] u l-Artikolu 73(4)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 2 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità huma validi, u dan sa fejn is-sena ta’ konstatazzjoni hija deċiżiva għad-determinazzjoni tas-sena li għaliha t-tnaqqis tan-nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonalità huwa kkalkolat meta s-sena li fiha jkun seħħ in-nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonalità ma tkunx l-istess bħas-sena ta’ konstatazzjoni?

____________

1     ĠU 2013, L 347, p. 549.

2     ĠU 2014, L 227, p. 69.