Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rīgas apgabaltiesas Civillietu tiesu kolēģija (il-Latvja) fis-17 ta’ Ottubru 2019 SIA “CV-Online Latvia” vs SIA “Melons”
(Kawża C-762/19)
Lingwa tal-kawża:il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Rīgas apgabaltiesas Civillietu tiesu kolēģija
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti fl-ewwel istanza u appellata: SIA “CV-Online Latvia”
Konvenuta fl-ewwel istanza u appellanti: SIA “Melons”
Domandi preliminari
L-attività tal-konvenuta li hija li twassal lill-utent aħħari permezz ta’ ħolqa ta’ hypertext lejn is-sit internet tar-rikorrenti, fejn database dwar offerti ta’ impjieg tista’ tiġi kkonsultata, għandha tinftiehem fis-sens li taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ “użu mill-ġdid” li tinsab fl-Artikolu 7(2)(b) tad-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta’ databases 1 , jiġifieri, l-użu mill-ġdid ta’ database permezz ta’ trażmissjoni f’forom oħra?
L-informazzjoni li fiha l-meta tags murija mill-mutur ta’ tfittxija tal-konvenuta għandha tiġi interpretata fis-sens li tidħol fid-definizzjoni ta’ “estrazzjoni” li tinsab fl-Artikolu 7(2)(a) tad-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta’ databases, jiġifieri li dan jikkonsisti fit-trasferiment permanenti jew temporanju tal-kontenut kollu jew parti sostanzjali minnu ta’ database lil apparat ieħor b’kull mezz jew f’kull forma?
____________
1 Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/9/KE tal-11 ta’ Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta’ databases (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 459).