Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2012 – Possanzini vs Frontex

(Kawża F-61/11) 1

(Servizz pubbliku – Membru tal-persunal temporanju – Proċedura li tikkonċerna t-tiġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju – Komunikazzjoni lill-membru tal-persunal temporanju dwar l-opinjoni negattiva tal-evalwatur fir-rigward tat-tiġdid tal-kuntratt – Att li jikkawża preġudizzju – Assenza – Talba għall-annullament ta’ osservazzjonijiet sfavorevoli dwar il-prestazzjoni li jinsabu fir-rapporti annwali ta’ evalwazzjoni – Rikors manifestament inammissibbli)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Daniele Possanzini (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex) (rappreżentanti: S. Vuorensola u H. Caniard, aġenti, D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Servizz pubbliku – Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiġi rrevokata d-deċiżjoni li jiġġedded il-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent u parti mir-rapporti ta’ evalwazzjoni tiegħu li jkopru l-perijodu minn Awwissu 2006 sa Diċembru 2009.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.D. Possanzini għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.