Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2013 – ZZ vs ENISA

(Kawża F-63/13)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni, meħuda wara s-sentenza tat-TSP fil-Kawża F-118/10, li jiġi maħtur membru tal-persunal ieħor fil-pożizzjoni ta’ kontabbilist. Fl-aħħar, kumpens għad-dannu morali allegatament subit.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-ENISA li tiċħad l-ilment tar-rikorrent, kif ukoll id-deċiżjonjiet kkontestati l-oħra, jiġifieri d-deċiżjoni tal-ENISA, tal-4 ta’ Settembru 2012, li tkeċċi lir-rikorrent u d-deċiżjoni tal-ENISA, tad-9 ta’ Ottubru 2012, li taħtar lil X fil-pożizzjoni ta’ kontabbilist, minflok lir-rikorrent; tikkundanna lill-ENISA tħallas lir-rikorrent, fir-rigward tal-atti illegali kollha msemmija iktar ’il fuq, is-somma ta’ EUR 100 000 bħala kumpens għad-dannu morali;tikkundanna lill-ENISA għall-ispejjeż.