Language of document : ECLI:EU:F:2012:24

SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

TAL-UNJONI EWROPEA
(It-Tielet Awla)


tad-29 ta’ Frar 2012


Kawża F‑100/10


AM

vs

Il-Parlament Ewropew

“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Assigurazzjoni għall-inċidenti u għall-mard ikkaġunati mix-xogħol — Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal — Rifjut ta’ rikonoxximent ta’ attakk ta’ puplesija bħala inċident — Kumitat Mediku — Prinċipju ta’ kolleġjalità”

Suġġett: Rikors, ippreżentat abbażi tal-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA skont l-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu AM jitlob, prinċipalment, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Novembru 2009 li permezz tagħha l-Parlament irrifjuta li jirrikonoxxi bħala inċident, fis-sens tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, l-attakk ta’ puplesija li huwa ġarrab fil-5 ta’ Marzu 2006 u, min-naħa l-oħra, li l-Parlament jiġi kkundannat iħallsu EUR 25 000 bħala kumpens għad-danni materjali tiegħu u EUR 50 000 għad-danni morali tiegħu.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud. AM huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.

Sommarju

1.      Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Assigurazzjoni għall-inċidenti u għall-mard ikkaġunati mix-xogħol — Perizja medika — Setgħa diskrezzjonali tal-Kumitat Mediku — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 73; Leġiżlazzjoni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ inċidenti u mard ikkaġunati mix-xogħol, Artikolu 23)

2.      Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Assigurazzjoni għall-inċidenti u għall-mard ikkaġunati mix-xogħol — Perizja medika — Rifjut ta’ wieħed mill-membri tal-Kumitat Mediku li jiffirma r-rapport — Difett proċedurali — Assenza — Kundizzjonijiet

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 73; Leġiżlazzjoni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ inċidenti u mard ikkaġunat mix-xogħol, Artikolu 22(3))

1.      Il-kompitu tal-Kumitat Mediku previst fl-Artikolu 23 tar-Regoli Komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ inċidenti u ta’ mard ikkaġunati mix-xogħol tal-uffiċjali tal-Unjoni, li jwettaq b’mod oġġettiv u indipendenti evalwazzjoni fuq kwistjonijiet ta’ natura medika, jeżiġi, minn naħa, li dan il-kumitat ikollu l-informazzjoni kollha li jista’ jiġi bżonn u, min-naħa l-oħra, li jkollu setgħa diskrezzjonali sħiħa. L-evalwazzjonijiet mediċi fihom infushom, ifformulati mill-Kumitat Mediku, għandhom jitqiesu li huma definittivi meta jinħarġu f’kundizzjonijiet regolari. Il-qorti tal-Unjoni hija awtorizzata biss li tivverifika, minn naħa, jekk l-imsemmi kumitat ġiex ikkostitwit u ffunzjonax b’mod regolari u, min-naħa l-oħra, jekk l-opinjoni tiegħu hijiex legali, b’mod partikolari jekk tinkludix motivazzjoni li tippermetti l-evalwazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet li tkun ibbażata fuqhom u jekk tistabbilixxix rabta komprensibbli bejn il-konstatazzjonijiet mediċi li hija tinkludi u l-konklużjonijiet li tasal għalihom.

Fid-dawl tal-istħarriġ ġudizzjarju limitat li għandu jiġi eżerċitat mill-qorti, ma tistax tintlaqa’ kritika bbażata fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-kumitat mediku. Dan l-istħarriġ għandu jieħu inkunsiderazzjoni n-natura stess tax-xogħlijiet tal-Kumitat Mediku, li ma humiex intiżi li jiddeċiedu dwar kwistjoni kontradittorja, iżda li jistabbilixxu konstatazzjonijiet mediċi.

Meta l-Kumitat Mediku jkollu quddiemu kwistjonijiet kumplessi ta’ natura medika marbuta ma’ dijanjożi diffiċli jew ma’ rabta kawżali bejn il-mard li tkun qiegħda tbati minnu l-persuna kkonċernata u l-eżerċizzju tal-attività professjonali tagħha fi ħdan istituzzjoni, huwa għandu b’mod partikolari jindika fl-opinjoni tiegħu l-fatturi tal-fajl li fuqhom huwa bbaża ruħu u, f’każ ta’ diverġenza sinjifikattiva, ir-raġunijiet li abbażi tagħhom huwa ma ħax inkunsiderazzjoni ċerti rapporti mediċi rilevanti li tfasslu preċedentement, u li kienu iktar favorevoli għall-persuna kkonċernata.

(ara l-punti 65, 66, 68, 85 u 110)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 19 ta’ Jannar 1988, Biedermann vs Il-Qorti tal-Awdituri, 2/87, punt 16

Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 15 ta’ Diċembru 1999, Latino vs Il-Kummissjoni, T‑300/97, punt 41; 15 ta’ Diċembru 1999, Nardone vs Il-Kummissjoni, T‑27/98, punti 30, 68 u 87; 16 ta’ Ġunju 2000, C vs Il-Kunsill, T‑84/98, punt 43; 27 ta’ Ġunju 2000, Plug vs Il-Kummissjoni, T‑47/97, punt 117; 26 ta’ Frar 2003, Latino vs Il-Kummissjoni, T‑145/01, punt 47

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: 14 ta’ Settembru 2010, AE vs Il-Kummissjoni, F‑79/09, punti 64, 65, 84 u 89, u l-ġurisprudenza ċċitata; 11 ta’ Mejju 2011, J vs Il-Kummissjoni, F‑53/09, punti 102 u 104

2.      Il-Kumitat Mediku jista’ jiddeċiedi bil-maġġoranza tal-membri tiegħu li jikkonkludi x-xogħlijiet tiegħu u r-rapport tiegħu, għalhekk ma jkunx ivvizzjat b’difett proċedurali minħabba l-fatt li wieħed mill-membri tiegħu jirrifjuta li jiffirmah jekk ikun stabbilit li l-membru li astjena milli jiffirma kellu l-opportunità jippreżenta l-opinjoni tiegħu quddiem iż-żewġ membri l-oħra.

(ara l-punti 73 u 78)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 10 ta’ Diċembru 1987, Jänsch vs Il-Kummissjoni, 277/84, punt 14; Biedermann vs Il-Qorti tal-Awdituri, iċċitata iktar ʼil fuq, punti 10 u 16

Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 29 ta’ Jannar 1998, De Corte vs Il-Kummissjoni, T‑62/96, punt 81; 15 ta’ Novembru 2000, Camacho-Fernandes, T-20/00, punti 31 u 32