Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria regionale della Campania (l-Italja) fil-25 ta’ Ġunju 2019 – Antonio Capaldo SpA vs Agenzia delle dogane e dei monopoli – Ufficio delle dogane di Salerno
(Kawża C-496/16)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione tributaria regionale della Campania
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti u Appellanti: Antonio Capaldo SpA
Konvenuta: Agenzia delle dogane e dei monopoli – Ufficio delle dogane di Salerno
Domandi preliminari
L-ispezzjoni fiżika tal-merkanzija mwettqa meta din tiġi importata tipprekludi l-ftuħ tal-proċedura ta’ reviżjoni tal-verifika prevista fl-Artikolu 78 tar-Regolament KEE Nru 2913/92 1 li waqqaf Kodiċi Doganali tal-Komunità?
____________
1 Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).