Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' April 2010 - Kaskarelis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-24/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Loukas Kaskarelis (Auderghem, Il-Belġju) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tirrifjuta lir-rikorrent l-għoti tal-allowance ta' espatrijazzjoni, tal-allowance ta' installazzjoni u tar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju għall-Amministrazzjoni u l-Pagament ta' Drittijiet Individwali (PMO) li tirrifjuta l-għoti tal-allowance ta' espatrijazzjoni, tal-allowance ta' installazzjoni u tar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, kif ukoll id-deċiżjoni tal-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta' impjieg li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________