Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2013 – Mateo Pérez vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-144/11) 1

Servizz pubbliku – Kompetizzjoni ġenerali – Talba għall-annullament ta’ rettifika ta’ avviż ta’ kompetizzjoni – Rettifika li ma tistabbilixxix kundizzjonijiet li jeskludu lir-rikorrent – Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju – Nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżaminajiet ta’ evalwazzjoni – Ammissibbiltà – Termini għall-preżentata ta’ rikors – Tardività – Inammissibbiltà manifesta

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Mateo Pérez (Alicante, Spanja) (rappreżentanti: I. Ruiz García, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, bħala aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku – Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jitħalliex jagħmel l-eżamijiet tal-għażla wara l-pubblikazzjoni ta’ rettifika tal-avviż ta’ kompetizzjoni li tannulla n-nota eliminatorja għall-eżami (d) ta’ kompetenzi professjonali.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Mateo Pérez mill-14 ta’ Marzu 2012, jiġifieri d-data tal-preżentata tar-risposta.

Mateo Pérez għandu jbati l-ispejjeż tiegħu ta’ qabel l-14 ta’ Marzu 2012.

____________

1 ĠU C 65, 03.03.2012, p.27.