Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2012 – BA vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-29/11) 1

(Servizz pubbliku – Kompetizzjoni ġenerali – Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/147/09 – Stabbiliment ta’ lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministratturi ta’ ċittadinanza Rumena – Konoxxenza approfondita tal-lingwa uffiċjali tar-Rumanija – Minorità li titkellem l-Ungeriż fir-Rumanija – Nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżami orali – Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni – Portata)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: BA (Wezembeek-Oppem, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati, sussegwentement S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati]Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Eggers u P. Pecho, aġenti, sussegwentement B. Eggers, aġent)SuġġettServizz pubbliku - Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla EPSO/AD/147/09-RO li ma taċċettatx lir-rikorrent għall-eżami orali tal-kompetizzjoni.Dispożittiv 1)    Ir-rikors huwa miċħud.2)    BA għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.