Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2012 – ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-78/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li ma jinkludix lir-rikorrent fil-lista tal-uffiċjali eliġibbli għal promozzjoni għas-sena 2011.

Talbiet tar-rikorrent

annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Settembru 2011 tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill kif ukoll tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-18 ta’ April 2012 li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista tal-uffiċjali eliġibbli għal promozzjoni;

tikkundanna lill-Kunsill għad-danni materjali u morali stmati provviżorjament għal EUR 40 000 li ser ikomplu jiġu ddefiniti b’mod iktar preċiż matul il-kawża, kif ukoll l-interessi kumpensatorji u moratorji bir-rata ta’ 6.75 %;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.