Rikors ippreżentat fl-24 ta' Settembru 2010 - Praskevicius vs Il-Parlament
(Kawża F-81/10)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Vidas Praskevicius (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta' uffiċjali promossi fil-grad AD6 abbażi tal-proċedura ta' promozzjoni 2009 u talba għall-kumpens għad-danni morali subiti.
Talbiet tar-rikorrent
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-21 ta' Ġunju 2010, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-24 ta' Novembru 2009, innotifikata fit-2 ta' Diċembru 2009, li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta' uffiċjali promossi fil-grad AD6 abbażi tal-proċedura ta' promozzjoni 2009;
tindika lill-Awtorità tal-Ħatra l-effetti li jġib miegħu l-annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati u, b'mod partikolari l-klassifikazzjoni fil-grad AD 6, kif ukoll ir-retroattività tal-promozzjoni fil-grad AD 6 mid-data ta' meta din kellha ssir effettiva, jiġifieri, l-1 ta' Jannar 2009;
tagħti lir-rikorrent EUR 500 bħala kumpens għad-danni morali subiti;
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.
____________