Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-3 ta’ Ġunju 2020 – MT vs Landespolizeidirektion Steiermark

(Kawża C-231/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MT

Awtorità konvenuta: Landespolizeidirektion Steiermark

Domandi preliminari

1) Fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali intiżi sabiex jipproteġu sistema ta’ monopolju, il-qorti nazzjonali għandha teżamina r-regola fil-qasam ta’ sanzjoni kriminali li hija għandha tapplika fid-dawl tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, meta hija preċedentement tkun diġà eżaminat is-sistema ta’ monopolju skont il-kriterji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u meta dan l-eżami jkun wera li s-sistema ta’ monopolju kienet iġġustifikata?

2) Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:

2a)    L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ ta tqegħid għad-dispożizzjoni għal skopijiet kummerċjali ta’ lotteriji pprojbiti skont il-liġi dwar il-logħob tal-ażżard, tipprevedi b’mod imperattiv l-impożizzjoni ta’ multa għal kull magna tal-logħob mingħajr limitu massimu assolut tal-ammont totali tal-multi imposti?

2b)    L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ ta tqegħid għad-dispożizzjoni għal skopijiet kummerċjali ta’ lotteriji pprojbiti skont il-liġi dwar il-logħob tal-ażżard, tipprevedi b’mod imperattiv multa minima ta’ EUR 3 000 għal kull magna tal-logħob?

2c)    L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ ta tqegħid għad-dispożizzjoni għal skopijiet kummerċjali ta’ lotteriji pprojbiti skont il-liġi dwar il-logħob tal-ażżard, tipprevedi l-impożizzjoni ta’ piena ta’ priġunerija alternattiva għal kull magna tal-logħob mingħajr limitu massimu assolut tal-ammont totali tal-piena ta’ priġunerija alternattiva imposta?

2d)    L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ ta’ sanzjoni imposta minħabba t-tqegħid għad-dispożizzjoni għal skopijiet kummerċjali ta’ lotteriji pprojbiti skont il-liġi dwar il-logħob tal-ażżard, tipprevedi kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri kriminali sa 10 % tal-multi imposti?

3) Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv:

3a)    L-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ ta tqegħid għad-dispożizzjoni għal skopijiet kummerċjali ta’ lotteriji pprojbiti skont il-liġi dwar il-logħob tal-ażżard, tipprevedi b’mod imperattiv l-impożizzjoni ta’ multa għal kull magna tal-logħob mingħajr limitu massimu assolut tal-ammont totali tal-multi imposti?

3b)    L-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni għal skopijiet kummerċjali ta’ lotteriji pprojbiti skont il-liġi dwar il-logħob tal-ażżard, tipprevedi b’mod imperattiv multa minima ta’ EUR 3 000 għal kull magna tal-logħob?

3c)    L-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni għal skopijiet kummerċjali ta’ lotteriji pprojbiti skont il-liġi dwar il-logħob tal-ażżard, tipprevedi l-impożizzjoni ta’ piena ta’ priġunerija alternattiva għal kull magna tal-logħob mingħajr limitu massimu assolut tal-ammont totali tal-piena ta’ priġunerija alternattiva imposta?

3d)    L-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ ta’ sanzjoni imposta minħabba t-tqegħid għad-dispożizzjoni għal skopijiet kummerċjali ta’ lotteriji pprojbiti skont il-liġi dwar il-logħob tal-ażżard, tipprevedi kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri kriminali sa 10 % tal-multi imposti?

____________