Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2013 – Gomes Moreir vs ECDC
(Kawża F-80/11) 1
(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju – Rexissjoni antiċipata ta’ kuntratt għal żmien determinat – Ksur tar-rabta ta’ fiduċja – Nuqqas dixxiplinari)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Joaquim Paulo Gomes Moreira (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u D. Abrau Caldas, avukati)
Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (rappreżentanti: inizjalment A. Ammon, aġent, sussegwentement R. Trott, aġent, D. Waelbroek u A. Duron, avukati)
Suġġett
Talba intiża għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ rexissjoni tal-kuntratt tar-rikorrent minħabba raġunijiet dixxiplinari u għall-ħlas ta’ somma bħala kumpens għad-dannu materjali u morali allegatament subit
Dispożittiv
Id-deċiżjoni tal-11 ta’ Ottubru 2010 hija annullata sa fejn din issospendiet lir-rikorrent mill-funzjonijiet tiegħu.
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 ĠU C 319, 29.10.2011, p.30.