Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-87/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal S. Orlandi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tillimita l-perijodu ta’ estensjoni tal-kuntratt tar-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Novembru 2011 sa fejn tillimita t-tul tal-estensjoni tal-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tal-rikorrent sal-31 ta’ Marzu 2012;

jikkundanna l-konvenuta għall-ħlas ta’ EUR 1 provviżorjament għad-dannu subit mir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.