Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Toscana (l-Italja) fit-22 ta’ Novembru 2018 – FW, GY vs U.T.G. - Prefettura di Lucca

(Kawża C-726/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Toscana

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FW, GY

Konvenuta: U.T.G. - Prefettura di Lucca

Domandi preliminari

L-Artikolu 20(4) tad-Direttiva 2013/33/UE 1 jipprekludi li l-Artikolu 23 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 142/2015 jiġi interpretat fis-sens li fatti li jikkostitwixxu ksur ta’ regoli tad-dritt komuni, li ma humiex riprodotti speċifikament fir-regoli taċ-ċentri ta’ akkoljenza, jistgħu jikkostitwixxu wkoll ksur gravi ta’ dawn ir-regoli meta l-imsemmija istanzi ta’ ksur ikunu jistgħu jippreġudikaw il-konvivenza armonjuża fiċ-ċentri ta’ akkoljenza?

F’każ ta’ risposta affermattiva, ikun hemm lok li tingħata risposta għat-tieni domanda, li hija ppreżentata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fl-istess digriet:

L-Artikolu 20(4) tad-Direttiva 2013/33/UE jipprekludi li l-Artikolu 23 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 142/2015 jiġi interpretat fis-sens li r-revoka tal-ammissjoni għall-miżuri ta’ akkoljenza tista’ tkun ibbażata wkoll fuq fatti, imwettqa mill-applikant għal protezzjoni internazzjonali, li ma jikkostitwixxux ksur punibbli kriminalment fis-sens tal-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru, meta dawn il-fatti jkunu madankollu kapaċi jippreġudikaw il-konvivenza armonjuża fl-istrutturi li fih dan ikun jirrisjedi?

____________

1     Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (ĠU 2013, L 180, p. 96).