Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2012 – ZZ vs Frontex
(Kawża F-116/12)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex)
Suġġett
Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent kif ukoll talba għal kumpens.
Talbiet tar-rikorrent
tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2010;
tikkundanna lill-konvenut iħallas somma ta’ EUR 10 000 għad-danni morali mġarrba;
tikkundanna lill-Frontex għall-ispejjeż.