Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fis-27 ta’ Novembru 2019 – SC vs Zakład Ubezpieczeń Społecznych I Oddziałowi w Warszawie Wydziałowi Realizacji Umów Międzynarodowych
(Kawża C-866/19)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Najwyższy
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: SC
Konvenut: Zakład Ubezpieczeń Społecznych I Oddział w Warszawie Wydział Realizacji Umów Międzynarodowych
Domanda preliminari
L-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-istituzzjoni kompetenti:
a) għandha tieħu inkunsiderazzjoni – konformement mad-dritt nazzjonali – il-perijodi mhux kontributtivi fil-limitu tat-terz tat-total tal-perijodi kontributtivi kkompletati taħt id-dritt nazzjonali u taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stati Membri oħra kemm sabiex jiġi ddeterminat l-ammont teoretiku (punt i) kif ukoll sabiex jiġi ddeterminat l-ammont effettiv tal-benefiċċju (punt ii); jew
b) għandha tieħu inkunsiderazzjoni – konformement mad-dritt nazzjonali – il-perijodi mhux kontributtivi fil-limitu tat-terz tat-total tal-perijodi kontributtivi kkompletati taħt id-dritt nazzjonali u taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stati Membri oħra biss sabiex jiġi ddeterminat l-ammont teoretiku (punt i) iżda mhux sabiex jiġi ddeterminat l-ammont effettiv tal-benefiċċju (punt ii); jew
c) ma għandhiex tieħu inkunsiderazzjoni, meta jiġi ddeterminat l-ammont teoretiku (punt i) u l-ammont effettiv tal-benefiċċju (punt ii), il-perijodi ta’ assigurazzjoni kkompletati fi Stat Membru ieħor għall-finijiet tal-kalkolu tal-limitu applikabbli għall-perijodi mhux kontributtivi previst fid-dritt nazzjonali?
____________
1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.