Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-15 ta' Frar 2011 - Barbin vs Il-Parlament

(Kawża F-68/09) 

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Proċedura ta' promozzjoni 2006 -Eżekuzzjoni ta' sentenza tat-Tribunal - Eżami komparattiv tal-merti - Prinċipju ta' trattament ugwali - Leave parentali għal nofs il-ħin)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Florence Barbin (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment minn A. Lukošiūtė u C. Burgos, aġenti, u sussewgentement minn J. F. de Wachter, R. Ignătescu u K. Zejdová, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma tippromoviex lir-rikorrenti għall-Grad AD 12 għall-proċedura ta' promozzjoni 2006.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

F. Barbin għandha tbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 220, 12.09.09, p. 43.