Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-6 ta' Novembru 2012 -Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-41/06 RENV) 

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rinviju lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara annullament - Invalidità - Irtirar mhux volontarju minħabba invalidità - Kompożizzjoni tal-Kumitat tal-Invalidità - Regolarità - Kundizzjonijiet)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett tal-kawża

Rinviju wara annullament - Servizz pubbliku - Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ġġiegħel lir-rikorrent jirtira minħabba invalidità kif ukoll ta' sensiela ta' atti konnessi ma' din id-deċiżjoni u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv tas-sentenza

Ir-rikors huwa miċħud.

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawżi F-41/06, F-41/06 RENV u T-20/09 P.

____________

1 - ĠU C 131, 03.06.06, p. 54