Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fl-20 ta’ Frar 2019 – B. M. M., B. M. vs État belge

(Kawża C-136/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: B. M. M., B. M.

Konvenut: État belge

Domandi preliminari

Sabiex tiżgura l-effettività tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u ma tirrendix impossibbli l-benefiċċju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja li, skont ir-rikorrenti, hija għandha skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja 1 , din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li timplika li l-wild tal-isponsor jista’ jibbenefika mid-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja meta jsir adult matul il-proċedura ġudizzjarja kontra d-deċiżjoni li tirrifjutalu dan id-dritt u li ġiet adottata meta kien għadu minorenni?

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/86/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li r-rikors għal annullament, ippreżentat kontra r-rifjut ta’ dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja ta’ wild minorenni, jitqies bħala inammissibbli minħabba li l-wild ikun sar adult matul il-proċedura ġudizzjarja, peress li dan jiġi mċaħħad mill-possibbiltà li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors tiegħu kontra din id-deċiżjoni u jinkiser id-dritt tiegħu għal rimedju effettiv?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224.