Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wien (l-Awstrija) fil-21 ta’ Ġunju 2019 – IE vs Magistrat der Stadt Wien
(Kawża C-477/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: IE
Konvenut: Magistrat der Stadt Wien
Domandi preliminari
L-espressjoni “post ta’ mistrieħ” fl-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva 92/43 1 għandha tiġi interpretata fis-sens li din l-espressjoni tinkludi wkoll dawk il-postijiet li qabel kienu postijiet ta’ mistrieħ iżda li fil-frattemp ġew abbandunati?
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv:
Kull post li kien post ta’ mistrieħ, u li fil-frattemp ġie abbandunat, għandu jitqies li huwa “post ta’ mistrieħ” fis-sens tal-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva 92/43?
Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv:
Skont liema kriterji għandu jiġi ddeterminat jekk post li qabel kien post ta’ mistrieħ u li fil-frattemp ġie abbandunat għandux jitqies li huwa “post ta’ mistrieħ” fis-sens tal-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva 92/43?
Skont liema kriterji għandu jiġi ddeterminat jekk att jew ommissjoni partikolari jikkostitwixxux intervent f’“post ta’ mistrieħ” fis-sens tal-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva 92/43?
Skont liema kriterji għandu jiġi ddeterminat jekk att jew ommissjoni partikolari jikkostitwixxux intervent f’“post ta’ mistrieħ” fis-sens tal-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva 92/43 li huwa tant serju li għandu jitqies li hemm “deterjorazzjoni”, fis-sens tal-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva 92/43, ta’ dan il-“post ta’ mistrieħ”?
Skont liema kriterji għandu jiġi ddeterminat jekk att jew ommissjoni partikolari jikkostitwixxux intervent f’“post ta’ mistrieħ” fis-sens tal-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva 92/43 li huwa tant serju li għandu jitqies li hemm “qerda”, fis-sens tal-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva 92/43, ta’ dan il-“post ta’ mistrieħ”?
L-espressjoni “sit tat-tgħammir” fl-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva 92/43 għandha tiġi interpretata fis-sens li din l-espressjoni tkopri biss, l-ewwel nett, dak il-post, li jista’ jiġi ddelimitat b’mod preċiż, li fih regolarment iseħħu atti ta’ tgħammir fis-sens strett jew atti mwettqa fi spazju ristrett li huma marbuta direttament mar-riproduzzjoni (bħal b’mod partikolari it-tqegħid ta’ bajd) kif ukoll, it-tieni nett, barra minn hekk, il-postijiet kollha li jistgħu jiġu ddelimitati b’mod preċiż u li huma assolutament meħtieġa għall-iżvilupp tal-frieħ, bħal b’mod partikolari l-postijiet fejn isir it-tqegħid tal-bajd jew il-partijiet tal-pjanti meħtieġa fl-istadji tal-larva jew tax-xagħat?
Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv:
Xi tfisser l-espressjoni “sit tat-tgħammir” fis-sens tal-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva 92/43 u, fuq livell ġeografiku, kif għandu “sit tat-tgħammir” jiġi distint minn postijiet oħra?
Skont liema kriterji għandu jiġi ddeterminat jekk att jew ommissjoni partikolari jikkostitwixxux intervent f’“sit tat-tgħammir” fis-sens tal-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva 92/43?
Skont liema kriterji għandu jiġi ddeterminat jekk att jew ommissjoni partikolari jikkostitwixxux intervent f’“sit tat-tgħammir” fis-sens tal-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva 92/43 li huwa tant serju li għandu jitqies li hemm “deterjorazzjoni”, fis-sens tal-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva 92/43, ta’ dan is-“sit tat-tgħammir”?
Skont liema kriterji għandu jiġi ddeterminat jekk att jew ommissjoni partikolari jikkostitwixxux intervent f’“sit tat-tgħammir” fis-sens tal-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva 92/43 li huwa tant serju li għandu jitqies li hemm “qerda”, fis-sens tal-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva 92/43, ta’ dan is-“sit tat-tgħammir”?
____________
1 Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102).